L-attakkant ta’ Borussia Dortmund Pierre-Emerick Aubameyang għeleb l-isfida tal-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski fl-isfida għall-unur tal-aqwa skorer tal-Bundesliga. Aubameyang skurja żewġ gowls fir-rebħa ta’ 4-3 kontra Werder Bremen biex qabeż lil Lewandowski li fl-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Freiburg naqas milli jiskurja.
Il-plejer Pollakk kien qed jimmira li jirbaħ l-unur tal-aqwa skorer tal-Bundesliga għat-tielet darba f’dawn l-aħħar erba’ staġuni imma kien Aubameyang li rebaħ dan it-titlu prestiġjuż. Ta’ min jinnota li Aubameyang ipprovda żewġ assists fil-kampjonat u Lewandowski pprovda ħames assists.
L-attakkant ta’ Cologne Anthony Modeste spiċċa fit-tielet post tal-klassifika b’25 gowl. Minkejja l-gowls ta’ Aubameyang, xorta waħda kienu Bayern li rebħu l-kampjonat.
//= $special ?>