Elezzjoni 2017 Lokali

Għażla favur l-integrità u l-onestà – Jitkellmu l-kandidati fl-attività Taħt it-Tinda fl-Imsida

L-għażla li għandu quddiemu l-poplu Malti kienet fiċ-ċentru tad-diskorsi tal-kandidati tal-10 Distrett f’attività Taħt it-Tinda fil-Gżira.

Il-Kap tal-PD u kandidata fuq l-10 Distrett Marlene Farrugia qalet li l-għażla tagħha li tikkontesta dan id-distrett kienet minħabba li dan id-distrett ġie abbużat minn dan il-Gvern. Saħqet li il-kampanja tal-Partit Laburista hija attack fuq is-sehem tal-mara fil-politika.

Il-kandidati Albert Buttigieg, Justin Fenech, Nick Refalo, Chris Sansone u Francis Zammit Dimech sostnew li din l-elezzjoni hija għażla fuq prinċipji u li fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju se jirbħu l-valuri tal-onestà u tal-integrità.

Il-kandidat u President tal-Amministrattiv Karol Aquilina qal li quddiem għażla daqshekk  importanti huwa essenzjali li jsir sforz biex kulħadd joħroġ jivvota.

Roselyn Borg Knight, Evelyn Vella Brincat u Jason Zammit fakkru li Joseph Muscat għażel li jżomm miegħu lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri minkejja l-iskandli ta’ korruzzjoni li kienu involuti fihom.

Dan wassal biex ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna tiddgħajjef fuq livell Ewropew u dinji kif spjegaw il-kandidati Ray Bugeja, Karl Gouder, Anne Marie Muscat Fenech Adami u Charles Selvaggi li lkoll saħqu li Simon Busuttil se jnaddaf isem pajjiżna.

It-tim magħqud wara Simon Busuttil kien fiċ-ċentru tad-diskors ta’ Alan Abela Wadge u Noel Muscat li t-tnejn saħqu li l-għażla tagħna għandha tkun favur Simon Busuttil bħala Prim Ministru ġdid ta’ pajjiżna. Il-kandidat tal-PD Anthony Buttigieg qal li l-għaqda bejn il-PD u l-PN fi hdan il-Forza Nazzjonali toffri tama ġdida għal pajjiżna.

Il-kandidati Robert Arrigo, Graziella Attard Previ Wayne Hewitt u George Pullicino tkellmu dwar kif Gvern Laburista telaq lil dan id-distrett u qalu li Gvern Nazzjonalista jkun impenjat li jħares lil dan id-distrett.