Impenn għall-Bdiewa Proposti

IMPENN: Trasparenza fil-provista tal-prodotti agrikoli, u monitoraġġ tal-prezzijiet tul il-katina tal-provista kollha

Tiġi assigurata trasparenza sħiħa fil-katina tal-provvista tal-prodotti agrikoli, mill-għalqa sa fuq il-mejda, bl-applikazzjoni ta’ moniteraġġ tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista kollha, biex jiġu salvagwardati l-interessi tal-bidwi, tal-pitkal, tal-bejjiegħ u fl-aħħar mill-aħħar tal-konsumatur. B’hekk ikollhom qlieg ġust għal ħidmiethom u fl-istess ħin il-konsumatur ikollu għażla ta’ prodotti agrikoli tal-aqwa kwalità bi prezzijiet tajbin.