Elezzjoni 2017 Lokali

Il-Kap tal-PN iħabbar l-impenn mas-settur tas-servizzi finanzjarji

Simon Busuttil jgħid li Muscat m’għandux il-kreddibilità biex isalva isem Malta

L-attakk li qed isir fuq Malta f’dawn il-jiem mhux qed isir għliex hemm xi verità warajh, iżda għax il-Prim Ministru ħammeġ lil isem pajjiżna u tilef il-kredibilità li jiddefendieh jew inqas u inqas jerġa’ jnaddfu.

Simon Busuttil qal li jeħtieġ li tinbidel il-paġna iżda Joseph Muscat ma jistax ikun fdat b’dan għaliex kien hu li kisser ir-reputazzjoni ta’ Malta. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li jtenni l-appoġġ sod u qawwi tal-Partit Nazzjonalista f’isem il-Forza Nazzjonali għas-servizzi finanzjarji. Il-Partit Nazzjonalista kburi li ħoloq dan is-settur mix-xejn, qal Simon Busuttil, u jiddispjaċieh għall-mewt ta’ dak li qed iseħħ illum.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa mument ta’ prova u l-unika raġuni għaliex wasalna fih għax Joseph Muscat ħalla r-reputazzjoni ta’ pajjiżna titħammeġ. Huwa qal li Muscat għażel li jħalli dan isir sabiex isalva lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Li kieku neħħa lil Konrad Mizzi u Keith Schembri, qal Simon Busuttil, kien ikollu jitlaq hu. Għaldaqstant, kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, din is-sitwazzjoni ġiet għaliex Joseph Muscat serva l-interessi personali tiegħu minflok dawk nazzjonali.

Simon Busuttil qal li aktar tard din il-ġimgħa il-Partit Nazzjonalista se jispjega l-pjan fid-dettall mal-professjonisti u l-practicioners li jaħdmu fis-servizzi finanzjarju. Huwa qal li dan is-settur diġà qed iħoss l-effett tal-waqa’ tal-isem ta’ Malta, u tenna li fuq din l-industrija jiddependu ħafna oħrajn f’pajjiżna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ressaq il-proposti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tas-servizzi finanzjarji:

1. Immedjatament mal-ħatra ta’ Gvern Nazzjonalista ġdid, se tingħata prijorità assoluta biex isem Malta jerġa’ se jitnaddaf. Simon Busuttil li se Gvern immexxi minnu se juża l-għeluq tal-Presidenza tal-Kunsill Unjoni Ewropea biex iwassal il-messaġġ ċar li Malta dawret ir-rotta u jerġa’ jagħmel lil isem Malta wieħed ġust, serju, u sigur.

2. Mill-bidu nett ta’ Gvern Nazzjonalista se jitwaqqaf High Level Expert Group li jkun ġej mill-istakeholders fl-industrija u li jirraporta b’rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru. Huwa qal li dan se jara kif, b’mod konkret, se ssir il-konsolidazzjoni tas-servizzi finizjarji fit-terminu qarib. Ma’ dan, dan Simon Busuttil, l-istess High Level Expert Group ser iwettaq strateġija nazzjonali għal dan is-servizz fuq medda ta’ snin.

3. Bi Gvern Nazzjonalista l-awtoritajiet fl-industrija: l-MFSA, l-FIAU, u Finance Malta jsiru tassew indipendenti sabiex joperaw ħiesa minn kull indħil politiku li llum qiegħed ixekkilhom milli jaqdu dmirhom kif jixraq.

4. Simon Busuttil qal li Gvern immexxi minnu se jpoġġi l-importanza fuq l-innovazzjoni fir-regolamentazjni tas-servizzi finanzjarji sabiex dan is-settur ikun dinamiku u Malta tibqa’ dejjem pass qabel ħaddieħor.