L-eks champion tal-MotoGP Nicky Hayden miet fl-età ta’ 35 sena, ħamest ijiem wara li kien involut f’inċident tat-traffiku meta ġie ttajjar minn karozza waqt li hu kien għaddej bir-rota mal-kosta ta’ Rimini fl-Italja.
L-Amerikan Hayden li għandu 35 sena kien għadu kemm kkompeta ftit jiem qabel fil-kampjonat tas-Superbike li sar l-Italja.
Rapporti fil-media Taljana kienu qalu li l-kundizzjoni ta’ Hayden kienet waħda kritika hekk kif kien jinsab f’koma. Hu kien qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar prinċipali f’Cesena.
Hayden kien rebaħ it-titlu mondjali tal-MotoGP fl-2006.
//= $special ?>