Elezzjoni 2017 Lokali

In-Nazzjon 22.05.2017

‘Se nerġgħu nkunu kburin li aħna Maltin’ hu t-titlu ewlieni ta’ In-Nazzjon li jirrapporta fid-dettal id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-mass meeting tal-bieraħ f’Ħaż-Żabbar. In-Nazzjon jirrapporta wkoll il-messaġġ li wasslu wkoll fil-mass meeting, il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u l-eks-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio.

Rapport ukoll estensiv, u b’ritratti, tal-laqgħa mill-isbaħ li ngħata Simon Busuttil ilbieraħ filgħodu f’Birkirkara.

Bħal kull nhar ta’ Tnejn, In-Nazzjon jippubblika intervista ma’ Oliver Friggieri li jittratta t-teknoloġija tal-informatika u jekk id-dinja mxietx ’il quddiem jew jekk marritx lura.

Fil-paġna tal-opinjoni, Liam Sciberras janalizza dwar kif Simon Busuttil hu l-għażla naturali taż-żgħażagħ.

Il-paġni sportivi jagħtu ħarsa lejn ir-rebħ tal-kampjonat tal-futbol fl-Italja, fl-Ingilterra u fi Spanja, u r-rebħ f’Malta tat-Trophy mill-Floriana.