Residenti li joqgħodu fl-inħawi ta’ Marsaskala qed jiġbru ammont ta’ plastik maħruq li niżel fuq ir-residenzi tagħhom wara li nar qawwi ħakem l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ San’Antnin.
In-nar għadu jaħkem partijiet mill-impjant, iktar u iktar minħabba li r-riħ qed jifrex in-nar f’partijiet differenti tal-bitħa fejn wieħed isib munzelli ta’ plastik li kien lest biex jinbiegħ barra minn Malta.




