Quddiem it-theddida għas-settur tas-servizzi finanzjarji, Gvern Nazzjonalista jwaqqaf grupp ta’ esperti mill-qasam tal-industrija biex jagħtu pariri lill-Gvern dwar x’għandha tkun il-pozizzjoni tieghu quddiem din it-theddida għal settur daqstant importanti għal pajjiżna. Ħabbar dan il-Kap tal-PN Simon Busuttil f’attività Taħt it-Tinda fil-Gżira.
Il-Kap tal-PN qal li jekk jinħatar Prim Ministru se jfittex l-appoġġ u l-pariri tan-nies fis-settur finanzjarju biex pajjiżna jerġa’ jkun l-għira ta’ pajjiżi oħra f’dan is-settur.
Il-Kap tal-PN qal li jekk jinħatar bħala Prim Ministru huwa se jkun qed jattendi għas-Summit tal-Kunsill Ewropew f’Ġunju biex juri lill-pajjiżi l-oħra li pajjiżna warrab il-ħmieġ u li Gvern Nazzjonalista huwa impenjat li jgħolli isem pajjiżna.
Il-Kap tal-PN għamel appell imqanqal lin-nies tal-10 Distrett li mhux dejjem ħassew li l-PN baqa’ viċin tagħhom.
Simon Busuttil xejjen il-kampanja ta’ biżgħa li qed issir mal-anzjani li qed jirċievu telefonati li Gvern Nazzjonalista se jaqta l-pensjoni tagħhom bil-Kap tal-PN jisħaq li hu se jżid il-pensjoni tal-anzjani u appella lill-anzjani biex ma jħallu lil ħadd ibeżżagħhom.
Il-Kap tal-PN tkellem dwar l-isforzi ddisprati ta’ dan il-Gvern biex jixtri lin-nies bl-aħħar sforz ikun dak fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fejn ingħataw numru ta’ promozzjonijiet. Il-Kap tal-PN b’messaġġ ċar għal dawk li ħadu xi promozzjoni jew bidla għall-aħjar fil-kuntratt tagħhom f’din l-aħħar mossa ta’ xiri ta’ voti.
Ġurnata wara l-oħra, temm jgħid, il-Kap tal-PN qed ikompli jinħass kemm din il-Forza Nazzjonali qed tkompli tikber u se twassal biex fit-3 ta’ Ġunju tinkiteb paġna ġdida fl-istorja ta pajjiżna.
//= $special ?>