Il-Borża ta’ Malta aċċettat l-applikazzjoni biex jiddaħħal il-Prospects għall-ħruġ propost ta’ €1,000,000 ANCHOVY. Studios plc 5.5% Unsecured Bonds 2027 li jkollhom valur nominali ta’ €1,000 kull Bond.
Il-fundaturi Zak u Benji Borg, meta tkellmu dwar l-istatus ta’ ANCHOVY. għal dak ta’ PLC u l-ftuħ b’suċċess għall-applikazzjoni ta’ bonds, qalu li “din hi bravura lokalment u xiehda tas-suċċess fl-imgħoddi ta’ ANCHOVY. u jawgura tajjeb għal aktar suċċess fil-futur. Nirringrazzjaw kif xieraq lill-klijenti, l-imsieħba u l-membri tat-tim tagħna.”
Mill-ftuħ umli tagħhom, illum in-negozju tad-digital marketing u tad-data ta’ ANCHOVY. kiber għal tim ta’ 30 ruħ, imqassam fuq żewġ uffiċċji f’Malta u l-ewwel uffiċċju internazzjonali tal-kumpanija f’Dubai li jinsab fil-prestiġjuża Boulevard Plaza.
Id-dħul mill-bond hu maħsub li jintuża biex ikompli jiffinanzja l-pjan tat-tkabbir tal-kumpanija li mbarkat kemm lokalment u barra mill-pajjiż, kif ukoll biex tiżviluppa streams differenti li huma ppruvati u oħrajn li għadhom ikunu ttestjati.
Il-viżjoni tal-kumpaniji ssolidifikat meta tħares fit-tul billi ngaġġat diretturi fl-ogħla postijiet li għandhom għexieren ta’ snin fl-esperjenza tal-industrija u reputazzjoni impekkabbli intraprenditorjali. Din hi taħlita tajba ta’ għarfien fin-negozju u ħeġġa żagħżugħa li wieħed jista’ jifhem li wasslet għal entużjażmu kbir għall-aħwa Borg dwar dak li hemm fil-futur.
Min huma interessati dwar il-ħruġ tal-bonds huma ġentilment mitluba biex jikkuntattjaw lil Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd għal aktar informazzjoni u l-proċedura tal-applikazzjoni.
Kopji tal-Prospett kif ukoll aktar informazzjoni dwar il-listing tal-ANCHOVY. Studios PLC u l-ħruġ tal-bonds jinsabu fuq www.anchovyinc.com/ir/
Investituri potenzjali għandhom ifittxu li jieħdu parir professjonali dwar investiment u għandhom jiftakru li l-valur tal-bonds jista’ jogħla jew jinżel u li l-passat mhux garanzija ta’ kif se jmorru fil-futur.
//= $special ?>

