Futbol Sport

Cuadrado ma’ Juventus b’mod permanenti

Juventus ħabbru li akkwistaw lill-winger Juan Cuadrado b’mod permanenti.

Cuadrado kien ilu sentejn misluf lil Juventus mingħand Chelsea u issa t-tim li fi tmiem il-ġimgħa aċċerta mir-rebħ tat-titlu għażel li jakkwista lil dan il-plejer u ħallas is-somma ta’ 20 miljun ewro għalih.

F’dawn is-sentejn Cuadrado kien ferm strumentali għat-tim ta’ Allegri u issa dan hu marbut ma’ Juventus sal-2020.