“Il-Prim Ministru Joseph Muscat għaliex ma qabbadx Ministri jew Segretarji Parlamentari oħra biex ikomplu l-proġetti li kienu bdew taħt il-Ministru Konrad Mizzi?” Kienet din il-mistoqsija li NET News għamel lis-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Imma evidentament, Ian Borg ma kienx kapaċi jirrispondi l-mistoqsija, tant li pressat bil-mistoqsija, qam minn madwar il-mejda u ħareġ ‘il barra mill-kamra tal-konferenzi. Ian Borg qal biss li Konrad Mizzi kien strumentali f’numru ta’ proġetti, fosthom il-powerstation tal-gass, li ġiet deskritta mill-Partit Nazzjonalista bħala ‘il-monument tal-korruzzjoni ta’ Joseph Muscat’.
Kien il-Ħadd li għadda li l-Prim Ministru Joseph Muscat ammetta, waqt mass meeting fl-Imqabba, li ma keċċiex lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri għax kellu bżonnhom.
//= $special ?>FILMAT: ‘Ma keċċejthomx għax kelli bżonnhom’ – Muscat dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri