Wara li l-Kap tal-PN Simon Busuttil ippreżenta l-provi li Keith Schembri għadda 650,000 ewro lill-eks Direttur Maniġerjali tat-Times Adrian Hillman bla raġuni ta’ xejn, il-Maġistrat Aaron Bugeja ddeċieda li hemm biżżejjed provi biex tinbeda investigazzjoni kriminali kontra Keith Schembri u Adrian Hillman.
Ħabbar dan il-Kap tal-PN Simon Buusttil meta kien qed jindirizza l-attività Taħt it-Tinda f’Raħal Ġdid.
Simon Busuttil staqsa kif nistgħu ngħixu f’pajjiż Fejn bħalissa għaddejjin tliet investigazzjonijiet kriminali – waħda fuq il-Prim Ministru u tnejn fuq Keith Schembri.
Dan kollu juri li Joseph Muscat ma għad fadallu l-ebda awtorità morali biex imexxi lil dan il-pajjiż.
Dan ifisser li l-għażla quddiem il-poplu Malti hija jekk hux se jagħżel Prim Ministru taħt investigazzjoni kriminali jew Prim Ministru li jrid inaddaf isem pajjiżna.
Quddiem dan kollu, Simon Buusttil enfasizza l-valur tar-responsabbiltà tad-deċizjoni li għandna quddiemna – responsabbiltà li nistgħu nerfgħu biss flimkien u li se tiddetermina l-futur tal-poplu Malti u ta’ pajjiżna.
//= $special ?>