Fl-istess ġurnata li l-Maġistrat Aaron Bugeja sab biżżejjed provi biex tinfetaħ it-tieni investigazzjoni kriminali fuq Keith Schembri minħabba ħasil ta’ flus u korruzzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li minflok jieħu passi kontra Keith Schembri, jipprova jirredikola s-sitwazzjoni.
Joseph Muscat kien qed jindirizza żewġ attivitajiet politiċi: waħda fil-Mellieħa u rally f’Ħaż-Żebbuġ; u fit-tnejn li huma ma semma xejn dwar Keith Schembri jew x’passi se jieħu, imma minflok prova jirredikola lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talli mar quddiem il-Maġistrat bl-evidenza.
Fil-Mellieħa, kompliet toħroġ is-sitwazzjoni ddisprata li spiċċa fiha l-Prim Ministru f’din l-elezzjoni bikrija, b’Joseph Muscat jinsisti li l-uniku mod kif jista’ jibqa’ Prim Ministru huwa jekk in-nies jivvutawlu.
Bit-tieni inkjesta dwar Keith Schembri issa hemm tliet inkjesti kriminali: tnejn fuq Keith Schembri u waħda fuq il-Prim Ministru.
//= $special ?>