Waqt attività politika taħt it-tinda li ttellat illejla f’Raħal ġdid tkellmu diversi kelliema. Dan huwa dak li qalu;
Jason Azzopardi għamel appell lil dawk li għadhom ma jafux kif se jivvutaw u saħaq li wieħed ma jistax jibqa’ indeċiz quddiem il-korruzzjoni. Huwa fakkar li pajjiżna jinsab fi kriżi li diġà bdiet twassal għal inċertezza fl-impjiegi.
Il-kandidat Ivan Bartolo fakkar li l-Gvern ta’ Muscat mar ħafna ‘l bogħod mill-wegħdi tiegħu u saħaq li, jekk il-poplu ma jagħżilx Malta fit-3 ta’ Ġunju, pajjiżna se jitlef dak kollu li bena f’25 sena.
Lawrence Bonavia ffoka l-intervent tiegħu fuq il-valur tal-bniedem fil-politika u fuq l-importanza tal-ġustizzja fil-politika. Huwa saħaq li l-poplu Malti jixraqlu futur aħjar u għaldaqstant l-għazla tagħna għandha tkun Malta.
Charles Bonello tkellem dwar il-wegħdi fiergħa ta’ Joseph Muscat li ssarrfu f’ingann għall-poplu Malti. Huwa fakkar li din elezzjoni ta’ prinċipji u l-għażla tagħna għandha tkun favur Simon Busuttil – mexxej onest, nadif u ta’ prinċipju li jrid inaddaf isem pajjiżna.
Il-MPE u l-kandidata fuq l-10 Distrett Therese Comodini Cachia għamlet appell lil dawk li għadhom indiċiżi u fakkret li l-politika tal-Forza Nazzjonali hija onesta, sinċiera u li tirrifletti l-ħtieġijiet tal-poplu bi proposti mfassla minn fost in-nies għan-nies.
Il-kandidata tal-PD Catherine Farrugia tkellmet dwar kif il-PN u l-PD qed jaħdmu id f’id biex jassiguraw li fit-3 ta’ Ġunju il-poplu se jgħid le għall-klikka korrotta u se jgħid iva għal Malta.
Caroline Galea qalet li huwa inaċċettabbli li f’pajjiżna hawn min daħħal flus b’mod illegali u ma jħallasx taxxa fuqhom. Hija qalet li fit-3 ta’ Ġunju għandna nagħzlu lil min lest inaddaf isem pajjiżna.
Aaron Micallef Piccione ha spunt minn dak li qal Joseph Muscat li jekk hem kandidat li dejqu lin-nies, dawn għandhom jagħżlu kandidati ohra. Huwa qal li dan huwa dak li se jagħmel il-poplu Malti u fit-3 ta’ Ġunju se jagħzel lill-Forza Nazzjonali.
Carmelo Mifsud Bonnici ffoka fuq il-ħtiega tal-bidla f’pajjiżna. Huwa saħaq li pajjiżna ma jixraqlux li jitmexxa kif qed jitmexxa mill-Gvern ta’ Joseph Muscat u saħaq li pajjiżna għandu bżonn persuni integri biex imexxuħ.
Il-kandidat Mark Anthony Sammut fakkar li quddiem l-iskandli jinħtieġ li nwieġbu għas-sejħa li qed jagħmlilna pajjiżna biex innaddfu lil pajjiżna minn dan il-ħmieġ.
Liam Sciberras qal li fit-3 ta’ Ġunju l-ghażla tagħna għandha tkun ghal Gvern Nazzjonalista li jinvesti fiż-żgħażagħ flok fil-korruzzjoni u li jinvesti fil-ġustizzja soċjali flok fil-kumpaniji Panama.
//= $special ?>