“Il-Gvern li jagħżel il-poplu Malti jrid ikun il-gwardjan tar-reputazzjoni ta’ Malta”, sostniet dan il-Federazzjoni tal-Aġenti tal-bejgħ tal-propjetà fi stqarrija dwar l-iżviluppi fix-xena politika f’Malta.
Il-Federazzjoni tal-Aġenti tal-bejgħ tal-propjetà ikkundannaw l-attakki li qed isiru fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta u fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji permezz tal-publikazzjoni tal-Malta Papers.
Il-Fedrazzjoni qalet li m’hemmx dubju li dawn id-dokumenti kienu publikati biex issir ħsara lil Malta u sostniet li kull perċezzzjoni ta’ korruzzjoni tagħmel lil Malta mira faċli. Il-Federazzjoni appellat lill-Prim Ministru biex jieħu azzjonijiet immedjati biex jerġa’ jġib il-governanza tajba fil-gvern u fl-istituzzjonijiet. Ir-regolaturi Maltin u l-istituzzjonijiet iridu jidhru li huma b’saħħithom u effettivi b’deċiżjonijiet immedjati meta jkunu iffaċċjati minn ksur tar-regoli.
Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu msaħħa b’nies ta’ integrità u kompetenza biex jittieħdu l-azzjonijiet kif meħtieġ u mhux ikunu b’saħħithom mad-dgħajfa u dgħajfa ma’ min b’saħħtu. L-istqarrija tkompli li jekk dan ma jsirx, ikunu qed jissaħħu l-operati ta’ pajjiżi oħra li huma kompetituri ta’ Malta, bil-konsngwenza li jkun hemm iktar attakki fuq is-sistema ta’ tassazzjoni Maltija.
Il-Federazzjoni kompliet li s-sistema ta’ tassazzjoni Maltija ilha fis-seħħ u hi aċċettata fl-UE. Fiha m’hemm xjen illegali dwar il-policies finanzjarji tant li s-servizzi finanzjarji kienu l-qafas ewlieni tas-suċċess fl-ekonomija. Ħadd m’għandu jaċċetta li jsiru azzjonijiet li jxekklu din is-sitwazzjoni.
Il-Federazzjoni kompliet li s-suq tal-propjetà jinsab għaddej minn perjodu veramen tajjeb u qed jibbenefika minn din is-sitwazzjoni b’mod dirett u indirett. Ir-regolaturi u l-istituzzjonijiet dejjem kienu kkunsidrati pożittivament fl-operat tagħhom u għalhekk il-gvern li jagħżel il-poplu Malti jrid ikun il-gwardjan tar-reputazzjoni ta’ Malta.
//= $special ?>