Skont stħarriġ ippubblikat fil-gazzetta The Malta Independent, il-maġġoranza assoluta tal-poplu ma tridx lil Keith Schembri jekk il-Partit Laburista jerġa’ jkun elett fil-Gvern. Skont l-istħarriġ, 54.6% tal-poplu ma jridux lil Keith Schembri, u kienu biss 22.4% li qalu li jriduhom jibqgħu hemm. 23% wieġbu li m’humiex ċerti.
Jirriżulta wkoll li minn dawk kollha li għadhom m’humiex ċerti lil min se jivvutaw, hemm 67.1% li ma jridux lil Keith Schembri jekk il-Partit Laburista jerġa’ jkun elett. Anke minn dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni hemm ammont sostanzjali ta’ votanti li ma jridux lil Keith Schembri. Filfatt, minn dawn hemm 61.8% jew li ma jridux lil Keith Schembri wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, jew inkella m’humiex ċerti.
Il-ġurnalisti ilhom ħafna jistaqsu lill-Prim Ministru Joseph Muscat jekk iżommx lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri miegħu jekk jerġa’ jkun elett, b’Joseph Muscat jindika li se jżommhom miegħu, bil-Prim Ministru iwieġeb dejjem l-istess: li jiddeċiedi meta jasal il-mument.
Il-Ħadd li għadda, waqt il-mass meeting fl-Imqabba, Muscat ammetta li żamm lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri għax kellu bżonnhom, anke jekk ilu xhur sħaħ jgħid li ż-żewġ persuni refgħu ir-responsabbiltà politika. Waqt din il-kampanja elettorali, spikkat id-difiża ta’ Muscat fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, tant li sal-bieraħ stess, f’kummenti ma’ NET News, il-Prim Ministru insista li mexxa Gvern nadif.
FILMAT: ‘Ma keċċejthomx għax kelli bżonnhom’ – Muscat dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri
//= $special ?>