Meta l-poplu Malti fit-3 ta’ Ġunju se jmur jivvota se jkun qed jivvota mhux għal Partiti Politiċi imma se jkun qed jivvota għall-futur tal-pajjiż.
Qal dan Ic-Chairman tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber f’kumment mal-preżentatur Frank Psaila.
Manfred Weber staqsa lill-poplu Malti u Għawdxi, jekk iridx li l-pajjiż fl-Unjoni Ewropea jkun rappreżentat minn Prim Ministru li hu nvolut f’każ, fi skandlu kbir internazzjonali, ta’ frodi ta’ taxxa?
Għamel referenza wkoll għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna u staqsa jekk irridux li pajjiżna jibqax ibati minħabba r-reputazzjoni negattiva li qed jikseb pajjiżna.
Manfred Weber qal li l-Partit Popolari Ewropew, il-PPE , jemmen li Malta jixirqilha ħafna aħjar u jemmen li l-Kap tal-Partit Nazzjnalista Simon Busuttil hu l-persuna li għandu bżonn il-pajjiż.
//= $special ?>