Gvern ġdid Nazzjonalista se jsib post adegwat viċin l-Isptar Mater Dei fejn se jinbena Ċentru għas-Saħħa Mentali ġdid, bħalma bena ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, biex ma nibqgħux nużaw l-Isptar Monte Carmeli. Simon Busuttil qal li apparti dan, Gvern Nazzjonalista se jagħti appoġġ akbar lill-professjonisti, lill-ħaddiema u lill-qraba fil-qasam tas-saħħa mentali, inkluż aċċess aħjar għal servizzi ta’ kura temporanja u tim ta’ intervent waqt kriżi li jkun imħarreġ u attrezzat 24 siegħa kuljum.
//= $special ?>IMPENN: Ċentru ġdida għas-saħħa mentali

Din hi waħda mill-proposti tal-Partit Nazzjonalista