Impenn għall-Forzi Dixxiplinati Proposti

IMPENN: Il-Kummissarju tal-Pulizija jintgħażel b’2/3 tal-kamra tal-Parlament

Il-persuna li tokkupa din il-pożizzjoni jkollha l-fiduċja u r-rispett ta’ kulħadd.

Gvern Nazzjonalista se jibdel il-mod kif jiġi magħżul il-Kummissarju tal-Pulizija sabiex nassiguraw li l-persuna li tokkupa din il-pożizzjoni jkollha l-fiduċja u r-rispett ta’ kulħadd.  Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jkun elett biż-żewġ terzi tal-Kamra.