Impenn għas-Saħħa Proposti

IMPENN: Malta ċentru tal-eċċelenza fi ġlieda kontra d-dijabete

Gvern Nazzjonalista se jagħmel minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-ġlieda kontra d-dijabete, kundizzjoni li tolqot aktar minn 10% tal-popolazzjoni tagħna. Ma’ dan, qal Simon Busuttil, l-istrippi tal-monitoraġġ taz-zokkor, u l-mediċini kollha, inkluża l-insulina, jingħataw b’xejn lill-pazjenti kollha tad-dijabete Type 2, bħal dawk li għandhom il-kundizzjoni Type 1. Wara konsultazzjoni mal-pazjenti u l-professjonijiet mediċi, tenna Simon Busuttil, Gvern immexxi minnu se jara l-aħjar mod biex nintroduċu l-pompi tal-insulina u l-monitoraġġ kontinwu taz-zokkor.