Il-politika kulturali tal-Partit Nazzjonalista hija mmexxija mill-prinċipji tal-aċċessibilità u l-potenzjal. Dan qalu l-Kelliem għall-Kultura Karl Gouder waqt intervista fuq NET Television fejn ressaq sett ta’ proposti dwar il-kultura mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista ilu aktar minn sena f’konsultazzjoni wiesa’ ma’ dawk kollha nvoluti fis-settur u l-proposti li qiegħed iressaq jirriflettu dak li n-nies fil-qasam tal-arti u l-kultura jeħtieġu. Huwa qal li Gvern ġdid Nazzjonalista jrid li jiftaħ il-kultura għal kulħadd filwaqt li jassisti lil dawk fil-kamp biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.
Impenji dwar il-Kultura
1. Jitwaqqaf Ministeru speċifiku għall-Kultura sabiex ikun jista’ jiffoka bis-serjetà fuq dan is-settur u jneħħi l-burokrazija li jiltaqgħu magħa ħafna artisti u dilettanti tal-kultura.
2. Tingħata prijorità mmedjata lill-Valletta18 sabiex mhux biss tkun tagħmel ġieħ lill-pajjiżna iżda biex jinħoloq pjan dwar il-wirt kulturali u artistiku tagħha, b’ħarsa lejn is-snin li ġejjin fosthom il-Kapitali tal-Kultura li jmiss fis-sena 2031.
3. Investiment fl-infrastruttura li tixraq lil pajjiżna: fosthom fuq il-Librerija Nazzjonali, u l-Arkivji Nazzjonali. Bl-istess mod Gvern Nazzjonalista se jinvesti f’Teatru Nazzjonali, Akkademja għall-Arti Kontemporanja, u Ċentru Nazzjonali għall-Arkitettura u Disinn.
4. Insaħħu s-Soprintendenza tal-Wirt Kulturali f’pajjiżna, b’budget adekwat. Bl-istess mod, Bordijiet fil-qasam tal-kultura se jinħatru permezz ta’ public calls u jitmexxew minn esperti mhux minn politiċi.
5. Investiment f’riġenerazzjoni kulturali f’ċentri urbani, b’mod partikolari fiż-żoni tal-Cottonera Lines u dik tal-Port il-Kbir.
6. Grant ta’ darba għaż-żgħażagħ bejn 18-21 sena sabiex ikunu jistgħu jagħmlu esperjenza kulturali f’pajjiżi oħra fl-Ewropa. Artisti fil-kamp mużikali se jingħataw għajnuna finanzjarja biex jieħdu l-prodott artistiku tagħhom barra minn xtutna. Se jingħata inċentiv għal dawk l-artisti li jixtiequ jiżviluppaw l-arti tagħhom f’intrapriża.
7. Il-VAT fuq ebooks tinżel għal 5% sabiex tgħin lill-pubblikaturi jkomplu jinvestu kif ukoll lill-qarreja jkollhom aktar aċċess. Se jinbeda wkoll proġett ta’ spell-checker bil-Malti (ċekkjatur) li s’issa għadu ma sarx. Gvern ġdid Nazzjonalista se jinċentiva authors’ programmes.
Impenji għall-industrija tal-films
1. Il-Malta Film Fund jiżdied għal €2 miljun, li jkun jinkludi l-Co-Production Fund, filwaqt li l-proċess t’applikazzjoni jsir aktar ġust u aktar flessibbli.
2. L-Inċentiv tal-iskema ta’ Cash Rebate jitla’ għal 30%, sabiex jattira aktar produzzjonijiet filwaqt li tiżdied b’2% oħra jekk Malta tiġi murija bħala Malta.
3. Żvilupp fl-infrastruttura, b’mod speċjali b’investiment ġdid fil-water tanks u f’sound stage ġdid.
4. Jiġi stabbilit Ċentru tal-Films li jiġbor fih kemm il-Malta Film Commission, il-Malta Film Fund, il-Co-Production Fund, kif ukoll faċlitajiet ta’ taħriġ professjonali. Iċ-Ċentru tal-Films se jippromwovi l-industrija lokali ta’ films.
//= $special ?>