Lokali

RITRATT: Mara l-isptar wara li ttajret minn tal-linja f’San Ġiljan

Il-mara għandha 56 sena u l-kundizzjoni tagħha għadha mhijiex magħrufa.

Għall-ħabta tal-5PM, mara ta’ 56 sena mis-Swieqi ttajret waqt li kienet qed taqsam fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.

Il-mara ttajret minn tal-linja li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta’ 45 sena u li hu resident f’Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post tal-inċident issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar għall-kura. Madanakollu għadha mhijiex magħrufa l-kundizzjoni tal-mara.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.