Fis-sigħat li għaddew Frederik Obermaier, il-ġurnalist ewlieni Ġermaniż tal-Panama Papers, irriproduċa tweet dwar Malta li għamel Ramon Fonseca Mora, wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija legali tal-Panama Mossack Fonseca, li f’dawn l-aħħar xhur tant issemmiet f’Malta minħabba l-iskandli tat-tliet kumpaniji sigrieti b’rabta ma’ Kastilja.
Fit-tweet tiegħu, Fonseca xandar ma’ kulħadd l-aħbar tal-Malta Files, u fuq kif qed issir investigazzjoni minn 13-il pubblikazzjoni madwar l-Ewropa li fiha Malta qed tkun akkużata li hi tax haven.
Min-naħa tiegħu, Fonseca kien qed jirreferi għal rapport dwar il-Malta Files pubblikat mill-gazzetta ewlenija tal-Panama bl-isem ta’ ‘La Prensa’.
Meta wieħed jiftakar fil-konnessjoni mill-qrib taċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, il-Ministru Konrad Mizzi u Brian Tonna ma’ Mossack Fonseca, malajr wieħed jirrealizza l-ħsara kbira li saret lir-reputazzjoni ta’ Malta meta Joseph Muscat mhux talli ma qaċċathomx minn Kastilja talli sal-lum għadu joħroġ għonqu għalihom ma’ kull okkażjoni li jkollu.
Fadalx min jagħmel il-ħsara lil pajjiżna! Mossack Fonseca kien jonqos! Vera każ li tgħid fiex ġabuna f’erba’ snin!
//= $special ?>