Minkejja l-istedina tal-Awtorita’ tax-Xandir – Joseph Muscat ma aċċettax li jmur għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fil-konferenza tal-aħbarijiet imtella’ fuq l-istazzjon nazzjonali. Minflok, il-Partit Laburista bagħat lill-Ministru Edward Zammit Lewis.
Mal-ewwel rimarki tal-ġurnalisti, erbgħa ġurnalisti rrimarkaw id-diżappunt tagħhom għal fatt li 9 t’ijiem qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat għażel li ma jattendix għal din il-konferenza.
Dan b’differenza mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Bsuuttil li nhar it-Tnejn li għadda mar u wieġeb il-mistoqsijiet kollha tal-ġurnalisti.
Minkejja li l-Partit Laburista għażel li t-tema tal-konferenza tal-aħbarijiet tkun “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna”, il-ġurnalisti għażlu li jistaqsu dwar temi li huma aktar relevanti mas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna – partikolarment l-iskandlu tal-Panama Papers li ħakem lill-Gvern Laburista tul dawn l-erba’ snin. Il-ġurnalisti preżenti jistaqsu kienu f’isem RTK, The Malta Independent, Net Television u Il-Mument.
Joseph Muscat tilef l-opportunita’ sabiex 9 t’ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju – jindirizza l-mistoqsijiet li qed jistaqsi l-poplu Malti u Għawdxi, u minflok komplew jizdiedu d-dubji u l-mistoqsijiet żdiedu.
Ara x’qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista meta nhar it-Tnejn ipparteċipa fil-konferenza tal-Awtorita’ tax-Xandir:
//= $special ?>