Elezzjoni 2017 Lokali

Ħaddiema tas-servizzi finanzjarji jesprimu tħassib dwar is-sitwazzjoni preżenti

Accountants, awdituri, avukati, bankiera, u professjonisti fis-servizzi finanzjarji – kollha kelma waħda – ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni preżenti għaliex fin-nofs hemm l-għixien ta’ eluf ta’ ħaddiema. U għalhekk, l-importanza li jkun hemm vot b’saħħtu favur Malta fit- 3 ta’ Ġunju li ġej.

Dan ħareġ ċar waqt laqgħa li saret fin-Naxxar fuq stedina tal-Kap tal-PN Simon Busuttil mal-professjonisti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Dawk kollha preżenti spjegaw illi bħalissa, minħabba li s-servizzi finanzjarji jinsabu f’dell ikrah, jeħisti periklu serju għal eluf ta’ impjiegi fil-fabbriki, fil-qasam tal-manifattura, u setturi oħra bħal software development. U jekk dan is-settur jisfaxxa ikollu effett anke fuq jobs oħrajn bħal technicians, ħaddiema fis-supermarkets, fattigi, u ħaddiema f’restoranti.

Quddiem sala ippakjata, Simon Busuttil stqarr illi Gvern ġdid Nazzjonalista isaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, filwaqt li jitwaqqaf Grupp ta’ Esperti li jwassal rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ ta’ dan is-settur.

Waqt l-istess laqgħa, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN Ann Fenech fakkret illi s-servizzi finanzjarji huwa settur li domna 30 sena biex nibnuh, u jekk nitilfu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna jkun diffiċli inġibuha lura.

Il-Vici Kap tal-PN Mario de Marco minn naħa tiegħu stqarr l-impenn ċar tal-PN illi jingħelbu l-isfidi li għandu quddiemu dan is-settur. Dan jista’ jsir ukoll billi jissaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, u jiġi salvat isem Malta.