Impenn mal-Ħaddiema Proposti

IMPENN: Allowances speċjali lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa

Simon Busuttil qal li jrid jiġi rikonoxxut bis-serjetà l-kontribut importanti tal-ħaddiema mhux professjonisti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li se tingħata prijorità aqwa lill-ħaddiema f’dan il-qasam biex niżguraw li jkun hemm dejjem biżżejjed ħaddiema fis-settur biex jilqgħu għall-bżonnijiet tal-pajjiż fil-qasam tal-kura. Simon Busuttil qal li jrid jiġi rikonoxxut bis-serjetà l-kontribut importanti tal-ħaddiema mhux professjonisti, bħall-carers, l-assistenti tas-saħħa, u n-nursing aides, billi noffrulhom skemi ta’ boroż ta’ studju u tax rebates biex ikomplu jitħarrġu u jiżviluppaw. Huwa qal li Gvern immexxi minnu se jagħti allowances speċjali regolari marbutin mal-qadi tad-dmirijiet tagħhom. Professjonisti fil-qasam tal-kura anċillari, qal Simon Busuttil, se jerġgħu jingħataw it-titlu tal-professjoni tagħhom, bħal pereżempju, Fiżjoterapisti, Occupational Therapists, eċċ. Gvern Nazzjonalista se jiżviluppa qafas legali li jaħseb għar-rwoli anċillari fil-professjoni tas-saħħa u n-nursing.