Impenn għas-Saħħa Proposti

IMPENN: Tkabbir u tisbiħ taċ-ċimiterju tal-Addolorata

Gvern ġdid se jonora kull konvenju fuq l-oqbra bil-prezz oriġinali.

Gvern ġdid Nazzjonalista se jibda programm ta’ tkabbir u tisbiħ taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u ċimiterji oħrajn biex jiżgura li dawn il-postijiet ikollhom id-dinjità u r-rispett li jixirqilhom. Simon Busuttil qal li Gvern ġdid se jonora kull konvenju fuq l-oqbra bil-prezz oriġinali ta’ €5,000, u joħroġ offerti biex jiġi żgurat il-manutenzjoni xierqa taċ-ċimiterji kollha.