Elezzjoni 2017 Lokali

“Inħoss li kuljum l-affarijiet qed imorru għall-agħar u allaħares ma tinbidilx is-sitwazzjoni” – Grace Borg

Grace Borg ressqet rikors kontra Joseph Muscat

“Inħoss li kuljum l-affarijiet qed imorru għall-agħar u allaħares ma tinbidilx is-sitwazzjoni”, saħqet dan Grace Borg f’kumment ma’ netnews.com.mt wara li llum wara nofsinhar ressqet rikors fil-Qorti kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali Grace Borg kienet se tkun kandidata tal-Partit Laburista.

Grace Borg qalet li dan il-pajjiż jixraqlu ħafna aħjar mis-sitwazzjoni politika preżenti.

Hi semmiet kif għandha kwistjoni mad-dipartiment tal-artijiet, mal-lands. Kien hawn fejn saħqet li mhix tħossha stmata bħal ħaddieħor.

Grace Borg qalet li kull ma qed titlob hu dak li hu dritt tagħha. Borg sostniet li hemm bżonn bidla.