Marko Micovic u Bojan Stamatovic ġew maħtura bħala kowċ u assistent kowċ rispettivament ta’ Balzan. Micovic se jkun qed jieħu post Oliver Spiteri li minn naħa tiegħu rriżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa sa mill-2014.
Spiteri kien iddebutta fit-tmexxija tat-tim nhar is-16 ta’ Awwissu tal-2014, fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Żebbuġ Rangers. Fl-aħħar tliet snin Balzan dejjem spiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier u għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb lagħbu fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. Dan minbarra li taħt it-tmexxija ta’ Spiteri Balzan waslu sal-finali tal-FA Trophy tas-sena li għaddiet li tilfu kontra Sliema.
Issa se jkun Micovic li se jmexxi lil Balzan wara esperjenza fis-Serbja. Jgħinu se jkun hemm Stamatovic li fil-passat ħadem fil-Bożnija.
Dawn it-tnejn għandhom liċenzja A tal-UEFA. Bla dubju issa l-ewwel għan ta’ dawn it-tnejn se jkun li jħejju lit-tim għall-partiti tal-Europa League li se jsiru lejn tmiem ix-xahar li ġej u l-bidu ta’ Lulju.
//= $special ?>