Lokali

RITRATT: Baħar kannella minflok blu f’Tas-Sliema

B'konsegwenza ta' hekk, biċċiet mill-bankina tkissret u għoliet 'il fuq. L-ilma nfirex fit-triq u kif ukoll niżel fil-baħar li jdawwar lil Tas-Sliema.

Il-baħar li jdawwar liż-żona ta’ The Strand f’Tas-Sliema llum kellu dehra differenti hekk kif minflok blu kien kannella.

Jirriżulta li ammont kbir ta’ ilma ħareġ minn taħt il-bankina ta’ The Strand f’Tas-Sliema. Fil-fatt, l-ilma kanella beda ħiereġ bi pressa qawwija ħafna għat-triq. B’konsegwenza ta’ din il-pressa, biċċiet mill-bankina tkissret u għoliet ‘il fuq. L-ilma nfirex fit-triq u kif ukoll niżel fil-baħar li jdawwar lil Tas-Sliema.