Għall-ħabta tal-11AM, karozza waqgħet f’Wied il-Għomor f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-pulizija fejn sabet Franċiż ta’ 33 sena, mara ta 29 sena u tarbija ta’ ftit xhur. Fuq il-post issejħet ukoll l-ambulanza li ħadet il-mara l-isptar Mater Dei għall-kura u aktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġireħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>