Elezzjoni 2017 Lokali

Użaw dokumenti personali ta’ Godfrey Farrugia biex jagħlqulu facebook

Wara tlett ijiem b’facebook magħluq, illum il-kandidat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia żvela li uffiċjal tal-Gvern uża dokumenti personali tiegħu biex kiteb lil facebook u b’hekk ingħalaqlu l-account.

Godfrey Farrugia spjega li lil dan l-uffiċjal hu kien afdalu dokumenti tal-identita’ tiegħu u li wara li għadda ż-żmien, dan l-istess uffiċjal uża l-informazzjoni biex jikteb lil facebook sabiex jagħlaq l-account ta’ Godfrey Farrugia.

Godfrey Farrugia kiteb li din il-manuvra saret waqt li hu kien imsiefer b’xogħol. Waqt li sostna li din hi r-realta’ li qed ngħixu fiha.

Wara li Godfrey Farrugia reġa’ kiteb lil facebook, l-account tiegħu reġa’ nfetaħ.

Hu għalaq il-messaġġ tiegħu fuq facebook billi sostna li jaħfer lil persuna li għamlet dan.