Elezzjoni 2017 Lokali

Vandalizzati billboards u banners tal-PN u tal-PL

Matul il-lejl li għadda kienu vandalizzati billboards u banners tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista. Il-banners ivvandalizzati fihom kitba bi spray indirizzat lejn iż-żewġ partiti ewlenin.

Il-persuni li vvandalizzaw il-billboards u l-banners qed jiddeskrivu ruħhom bħala “Billboard Guerillas” u qed jagħmlu dan bi protesta għaliex skont huma “kull pulzier ta’ pajjiżna ġie mimli slogans stupidi u vojta”.