L-Ambaxxata Russa ċaħdet b’mod kategoriku l-istorja li l-whistleblower ta’ ‘Egrant’ inbagħtet mir-Russja. Fi stqarrija, l-Ambaxxata tar-Russja f’Malta qalet hekk:
“L-Ambaxxata tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika ta’ Malta tiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet riċenti li saru kontra pajjiżna u tiddeskrivihom bħala infondati u mhux veri. Ir-Russja qatt ma ndaħlet fl-affarijiet domestiċi ta’ Malta u m’għandha l-ebda intenzjoni li tagħmel dan fil-futur. Kull mistoqsija dwar dawn l-allegazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lis-servizzi sigrieti li qed ixerrdu din l-informazzjoni falza”
Kemm ilbieraħ kif ukoll illum, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal bl-aktar mod ċar li hu joqgħod fuq l-informazzjoni li ngħata, u li tgħid li l-istorja ‘Egrant’ ġiet ivvintata mir-Russja. Fl-allegazzjonijiet, il-Prim Ministru qal li joqgħod fuq l-informazzjoni li l-whistleblower ta’ Egrant intbgħatet mill-Kremlin.
Aktar: L-ewwel darba li Muscat qal li l-whistleblower intbagħtet minn Putin
Mill-bidunett deher ċar li l-istorja tal-Prim Ministru kienet bla bażi għal numru ta’ raġunijiet, fosthom il-fatt li l-whistleblower waslet Malta ferm qabel seħħ l-inċident bil-bastiment Russu li wassal biex skont Muscat, ir-Russja ħasset li kellha tpattiha lil Malta.
Aktar: 6 raġunijiet li Muscat qed jagħmel allegazzjonijiet assurdi u bla bażi
Sa dalgħodu stess, Muscat baqa’ jirrepeti l-istess affarijiet li qal ilbieraħ. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Buskett, Muscat qal li joqgħod u jistrieħ fuq l-informazzjoni li ngħata mis-servizzi sigrieti.
Aktar: Muscat jibqa’ jinsisti li l-whistleblower intbagħtet minn Putin
//= $special ?>