“Irrid immexxi Gvern ta’ Forza Nazzjonali”. Dikjarazzjoni ċara li għamel Simon Busuttil hekk kif ġie preżentat uffiċjalment il-programm elettorali li issawwar mill-PN u l-PD għall-elezzjoni ġenerali. Programm elettorali li jaħseb fiż-żgħir, imsawwar minn Forza Nazzjonali li mhux qed taħdem biss għar-rebħa elettorali.
Il-Forza Nazzjonali qed tippreżenta total ta’ 521 proposta, dokument speċifiku għaż-żgħażagħ u programm dedikat għal Għawdex.
Il-proposti jinkludu żieda fil-pensjonijiet, mediċini b’xejn għall-anzjani, childcare għal kulħadd, roħs fil-prezz tal-petrol u d-diesel, sistema moderna tal-metro, jiġu salvati ż-Żonqor u l-White Rocks, tnaqqis fl-income tax għal min jaqla anqas minn €20,000, tnaqqis fl-income tax għas-self employed, il-ħolqien ta’ 30,000 post tax-xogħol ġdid, u fuq kollox, l-impenn ċar illi jitnaddaf isem pajjiżna.
Il-Kap tal-PD Marlene Farrugia minn naha tagħha qalet illi hija kburija b’dawn il-proposti li qed jitressqu.
Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet, Simon Busuttil reġa’ tenna l-importanza kbira tal-vot li se jieħu pajjiżna fit-3 ta’ Ġunju li ġej.
//= $special ?>