Futbol Sport

Futbol lokali – Għaddej ix-xogħol fuq il-grawnd taċ-Ċentinarju

Fil-jiem li għaddew bdew ix-xogħlijiet ta’ installazjoni fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta Qali.

Dan il-proġett infrastrutturali se jsir b’investiment ta’ €400,000 u fi kliem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA, huwa proġett bżonnjuż ħafna li se jkun qed jara li dawn il-grawnd isir b’mod professjonali li jilħaq l-istandards tal-FIFA.

Il-proġett qed jitmexxa mid-Direttur tal-MFA għall-iżvilupp tan-negozju, Emanuel Cassar. Ix-xogħol mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju, b’hekk kollox ikun lest sal-istaġun li jmiss.

Il-grawnd taċ-Ċentinarju se jibda jintuża mhux biss għal partiti lokali iżda anke logħob tal-FIFA u tal-UEFA ladarba jingħata ċ-ċertifikat mill-FIFA.