Elezzjoni 2017 Lokali

Il-ħasil tal-flus iwassal għal pieni ħorox u anke possibiltà ta’ ġuri – L-avukat Arthur Azzopardi

F’kummenti waqt il-programm NET LIVE, l-Avukat Arthur Azzopardi qal li ħasil ta’ flus jista’ jwassal għal pieni ħorox u anke ċ-ċans li min ikun akkużat jista’ jgħaddi saħansitra ġuri.

Arthur Azzopardi qal li inkjesti jieħdu fit-tul għaliex jinvolvu proċessi kumplessi ħafna u wkoll xogħol elaborati.

Dwar l-aħħar deċiżjoni tal-Maġistrat Aaron Bugeja biex jibgħat il-provi fil-konfront ta’ Keith Schembri quddiem Maġistrat ieħor, Arthur Azzopardi spjega li kienet deċiżjoni għaqlija għax jista’ jkun li aktar iva milli le jista’ jkun hemm ħasil ta’ flus.