Wara li l-istazzjon tal-Partit Laburista ħareġ l-aħbar li l-MAM iffirmat ftehim mal-Vitals Global Healthcare, waqt il-programm Net Live il-President tal-MAM Martin Balzan ċaħad li kien iffirmat ftehim mal-Vitals Global Healthcare, iżda kkonferma li kien iffirmat ftehim mal-Gvern.
Il-President tal-MAM qal li l-maġġorparti tal-ftehim kien il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema u li jestendi kwalunkwe ftehim mal-Gvern mhux ftehim dirett ma’ Vitals.
//= $special ?>