Elezzjoni 2017 Lokali

Il-Pulizija qed toħloq problema għall-inkjesta tal-Maġistrat – Simon Busuttil, Kap tal-PN fuq Times Talk

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li għandu fiduċja fil-Maġistrat li qed jinvestiga l-kumpanija Egrant iżda hemm problema kbira minħabba nuqqas ta’ fiduċja fil-Pulizija li qed jassistu lill-Maġistrat.

Sostna dan waqt intervista ma The Times hekk kif Simon Busuttil insista wkoll li l-proċess kellu jimxi differenti. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li m’għandu l-ebda diffikulta li jippubblika d-dokumenti kollha li ppreżenta fil-Qorti.

Simon Busuttil spjega wkoll l-problema rigward il-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali.

Huwa insista li bil-PN fil-Gvern jinsab determinat li jagħti lura l-isptar lill-Għawdxin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li qed jahdem bil-qawwa kollha biex il-poplu Malti jagħżel lil Malta għaliex din hi elezzjoni li fiha hemm Malta fin-nofs.