It-Tlieta miet Dun Ġużepp, l-iktar saċerdot anzjan f’Malta, fl-età ta’ 94 sena.
Dun Ġużepp twieled fl-14 ta’ Diċembru 1922 u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ April 1949.
Fl-aħħar snin Dun Ġużepp għex fid-Dar tal-Kleru u fuq xewqa tiegħu, il-katavru se jingħadda għar-riċerka lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta.
Il-funeral se jsir nhar is-Sibt li ġej, mill-Università ta’ Malta għall-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana.
Il-quddiesa tal-funeral tibda fid-9am.
Fi tmiem il-Quddiesa, il-katavru ta’ Dun Ġużepp se jittieħed lura fl-Università.
//= $special ?>