Waqt li llejla kien qed jieħu sehem fil-programm Xtra fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat poġġa fil-mira tiegħu l-Maġistrat Aaron Bugeja. Joseph Muscat qal li l-Maġistrat għandu jerfa’ r-responsabbilta’ meta toħroġ il-verità dwar Egrant.
Dan kien l-aħħar attakk minn serje biex il-Prim Ministru jaħbi l-allegazzjonijiet serji dwar il-kumpanija sigriet fil-Panama, Egrant.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja qed imexxi l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant li kien allegat li hi tal-mara tal-Prim Ministru u għaldaqstant tal-Prim Ministru.
Hekk kif ħarġu dawn l-allegazzjonijiet, il-Prim Ministru għall-ewwel qal li mhux se jitlob li ssir inkjesta, iżda f’sagħtejn biddel l-opinjoni tiegħu wara li Net News żvela filmati tas-sid ta’ Pilatus Bank ħiereġ bil-bagalji fis-satra tal-lejl. kien għalhekk li tard filgħaxija Joseph Muscat kien sfurzat jitlob li ssir inkjesta, waqt li l-Kummissarju tal-Pulizija kien qed jiekol il-fenek.
Il-Prim Ministru flok stenna r-riżultat tal-inkjesta u sejjaħ elezzjoni wara, sejjaħ elezzjoni ġenerali fl-iqsar żmien possibbli, meta kien impossibbli li jkun hemm ir-riżultat tal-inkjesta.
//= $special ?>