Elezzjoni 2017 Lokali

“Mira li l-ewwel fażi titlesta f’ħames snin”

Pjan ċar biex jitwettaq dan il-proġett nazzjonali

Il-Forza Nazzjonali ilha sena taħdem fuq pjan ċar dwar il-proġett tal-metro li se jkun l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’Malta.

Meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-ambizzjoni tal-PN hi li l-ewwel fażi tal-metro titlesta fl-ewwel leġislatura.

Il-PN għandu pjan ċar dwar f’kemm il-fażi għandu jsir dan il-proġett, u kemm se tiġi tiswa’ din is-sistema alternattiva u moderna ta’ trasport pubbliku.