Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara daqqa ta’ ħadida f’rasu f’sit ta’ kostruzzjoni

Ritratt mill-arkivji

Ħaddiem ta’ 38 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu sofra daqqa ta’ ħadida li waqgħet minn scaffolding f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Parisio f’Tas-Sliema.

Jirriżulta li r-raġel kien qed jaħdem f’lukanda meta għal xi raġuni waqgħet ħadida li laqtitu f’rasu.

Ir-raġel li għandu 38 sena, mill-Belt Valletta, ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.