Minkejja li rebħu l-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa, Real Madrid se jkollhom jistennew sal-bidu tal-istaġun li ġej biex jingħataw it-tazza ta’ champions.
Nhar il-Ħadd Real Madrid għelbu lil Malaga biex aċċertaw mir-rebħ tat-titlu u dan kien l-ewwel rebħ tal-kampjonat tagħhom sa mill-2012.
Fi tmiem il-logħba Gareth Bale, winger tal-Merengues, deher maħsud bil-fatt li t-tazza ma ġietx ippreżentata lit-tim qabel ma dan kien infumat minn sħabu li dan se jsir fil-bidu tal-istaġun li ġej.
Bale kien imweġġa’ u lanqas lagħab fil-logħba u minkejja dan kollu xorta waħda ħareġ fil-grawnd fi tmiem il-logħba liebes il-gear tat-tim qabel sar jaf li mhux se jkun ikkuntentat.
Ħdejh kien hemm anke l-midfielder Modric li wkoll kien diżappuntat b’dan kollu.
Real Madrid bħalissa għaddejin bil-preparamenti biex is-Sibt 3 ta’ Ġunju jikkontestaw il-finali taċ-Champions League.