Futbol Sport

Simon Busuttil jiltaqa’ mal-uffiċjali u l-plejers ta’ Floriana FC wara r-rebħ tal-FA Trophy

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iltaqa’ mal-players u mal-uffiċjali ta’ Floriana FC li s-Sibt li għadda rebħu l-FA Trophy għal 20 darba fl-istorja glorjuża tagħhom meta fil-finali għelbu lil Sliema Wanderers.

Id-delegazzjoni ta’ Floriana FC immexxija mill-President Riccardo Gaucci u mis-Segretarju Dione Borg kif ukoll mill-coach tat-tim Giovanni Tedesco, żaret lil Simon Busuttil fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali. Huma kellhom magħhom l-FA Trophy l-ġdida wara li dik li kienet tiġi ippreżentata għal ħafna snin issa qed tinżamm mill-Malta Football Association. Għalhekk Floriana FC kien l-ewwel tim li rebaħ din it-trofew il-ġdida.

Il-President tal-Floriana FC ippreżenta gear tat-team lil Simon Busuttil bil-kunjon Busuttil fuq wara kif ukoll midalja tar-rebħ tal-FA Trophy.

Simon Busuttil feraħ lit-team għar-rebaħ tat-Trophy u awguralhom aktar suċċess għal futur.

Sadattant Riccardo Gaucci spjega kif tliet snin ilu hu kien ġie Malta u ħa t-tmexxija ta’ Floriana FC f’idejh u ħadem biex il-club jissaħħaħ u dan wassal għas-suċċess ta’ din is-sena.