Is-sistema tat-taxxa f’Malta la hi ta’ ħsara u lanqas diskriminatorja u ċertament mhix sigrieta. Għalhekk tajjeb li wieħed jinnota li ħafna mill-informazzjoni maħruħa mill-Malta Files hi disponibbli fuq il-portal online tar-Reġistru tal-Kumpaniji fuq http://registry.mfsa.com.mt/.
The Institute of Financial Services Practitioners (IFSP) qal dan fi stqarrija. L-IFSP jirrappreżenta l-maġġoranza kbira ta’ dawk li jipprattikaw fis-servizzi finanzjarji f’Malta b’bażi ta’ membership ta’ professjonisti u individwi oħra li jaħdmu b’mod individwali jew permezz ta’ kumpaniji f’Malta li fosthom l-Istitut jippromwovi attivament l-ogħla standards etiċi, legali u operattivi fis-settur.
Fl-istqarrija, l-IFSP qalet li wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ rapporti sensazzjonali f’partijiet tal-media internazzjonali meqjusa bħala tabloid, magħrufa bħala Malta Files, riedet tikkjarifika diversi ineżattezzi u stqarrijiet foloz li fihom dawn ir-rapporti.
L-IFSP qal li s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta jopera fil-qafas legali u regolatorju tal-ogħla standards. Malta hi membru tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet kollha tagħha, inkluż ir-regoli kontra l-ħasil tal-flus jaqblu mar-regoli Ewropej u mal-aħjar prattiċi.
Filwaqt li l-policy tat-tassazzjoni tibqa’ materja għal kull stat membru tal-UE biex jiddetermina fl-eżerċizzju tas-sovranità tiegħu, Malta żgurat b’mod pro-attiv li r-regoli tat-taxxa tagħha jkomplu jkunu jaqblu mal-prinċipji legali tal-UE. Il-liġijiet tagħha japplikaw b’mod trasparenti għall-kumpaniji kollha f’Malta, irrispettivament min huma l-azzjonisti tagħhom. Għalhekk ir-referenza għal Malta bħala ġurisdizzjoni offshore jew tax haven, hi bla bażi u purament sensazzjonali.
L-IFSP qal li Malta ipparteċipat attivament fl-inizjattivi internazzjonali u tal-UE dwar it-trasparenza fit-taxxa u Malta kienet waħda mill-ewwel pajjiżi li adottaw id-direttivi kollha tal-UE u tal-ftehim internazzjonali oħra maħsuba biex itejbu t-trasparenza bejn l-UE u pajjiżi oħra dwar materji ta’ taxxa.
L-IFSP qal li s-sistema tat-taxxa f’Malta hi kompatibbli mal-prinìpji tal-OECD u l-pajjiż sar BEPS associate li jfisser li hu impenjat bis-sħiħ lejn l-isforzi li qed isiru mill-OECD biex jikkumbatti l-Base Erosion u l-Profit Shifting fl-istrutturi internazzjonali tat-taxxa. Malta tista’ wkoll uiddaħħal fil-leġislazzjoni tagħha dawk l-elementi tal-UE li kienu adottati dan l-aħħar tad-Direttiva kontra l-Evażjoni tat-Taxxa u li s’issa m’humiex inklużi fil-liġi Maltija tat-taxxa.
//= $special ?>


