Elezzjoni 2017 Lokali

“Bl-istess riga li biha kien neħħa lil Anġlu Farrugia, Muscat għandu jirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit” – L-Avukat Arthur Azzopardi

L-Avukat Azzopardi fakkar kif fl-aħħar tal-2012, Muscat kien ġiegħel lid-Deputat Mexxej tiegħu Anġlu Farrugia jirriżenja mill-kariga meta għadda kummenti fil-konfront ta' Maġistrat. Mistoqsi jekk bl-istess kejl, Joseph Muscat għandux jirriżenja minn Prim Ministru, Arthur Azzopardi wieġeb: "naħseb anki minn Kap tal-Partit".

“Maħsud, kemm bħala Avukat imma wkoll bħala ċittadin għaliex għandek pressjoni żejda u anki theddid fuq membru tal-ġudikatura fuq il-qadi ta’ dmirijietu, li m’għandha ssir qatt.” Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Avukat Arthur Azzopardi f’kollegament waqt il-programm Kull Jum wara li d-dikjarazzjoni xokkanti li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Xtra fejn qal li “hi l-problema tal-Maġistrat”  jekk ikun tilef l-elezzjoni u r-riżultat tal-inkjesta jirriżulta inkonklussiv.

L-Avukat Azzopardi fakkar kif fl-aħħar tal-2012, Muscat kien ġiegħel lid-Deputat Mexxej tiegħu Anġlu Farrugia jirriżenja mill-kariga meta għadda kummenti fil-konfront ta’ Maġistrat. Mistoqsi jekk bl-istess kejl, Joseph Muscat għandux jirriżenja minn Prim Ministru, Arthur Azzopardi wieġeb: “naħseb anki minn Kap tal-Partit”.

L-Avukat Azzopardi spjega li meta jkollok l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jattakka l-ġudikatura, allura għandek kollass tas-sistema. “Ma tistax inti tkun l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li tikkritika u thedded lill-Maġistrat li qed jinvestigak. Jekk allura ħa nibdew nagħmlu hekk, se jiġi jfisser li kull darba li Maġistrat jew Imħallef ser ikollu kawża preżentata quddiem mill-Gvern, ifisser, skont dan il-kumment, illi bilfors il-Gvern irid jirbaħ, Allura m’għandniex demokrazija,” tenna Arthur Azzopardi.