“Din mhix elezzjoni bejn blu u aħmar”, iddikjara dan il-kantant Ludwig Galea meta lbieraħ kien qed jieħu sehem fil-programm “Jien Nagħżel Malta”, preżentat minn Frank Psaila fuq Net Television.
Ludwig Galea sostna li għalhekk din hija elezzjoni importanti daqs ir-referendum biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2003 u daqs id-deċiżjoni għall-indipendenza ta’ Malta.
Hu sostna li l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju hija kruċjali għaliex l-istituzzjonijiet iridu jerġgħu jibdew jaħdmu, għaliex bħalissa mhux qed jiffunzjonaw.
Ludwig Galea kompla jgħid li jemmen li l-mexxejja ta’ Malta dejjem ħadmu għall-ġid tar-Repubblika, imma qatt ma kellna xi ħadt korrott.
//= $special ?>