#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Ara r-reazzjoni ta’ Muscat ftit wara li sar jaf li ħareġ l-iskandlu tat-tixħim mit-tanker tal-gass

Illejla ġie żvelat l-aktar skandlu riċenti bl-involviment taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u tal-Ministru Konrad Mizzi, din id-darba dwar tixħim mit-tanker tal-gass. Skandlu żvelat mill-gazzetta The Malta Independent.

Ma setax jonqos li din l-aħbar, żvelata ftit tal-ħin ilu, tkun waħda mill-ewwel affarijiet diskussa fid-dibattitu bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-mexxej Laburista Joseph Muscat.

Malli ntemmet l-ewwel parti tal-programm Xarabank, din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru, ftit wara li sar jaf bl-aktar skandlu riċenti li qed jolqot lill-Gvern Laburista. Ara l-filmat fil-link.