Meta mistoqsi biex jirreaġixxi għall-kliem tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Glenn Bedingfield qal li mhux minnu li sar attakk fuq il-ġudikatura. Joseph Muscat, waqt intervista lbieraħ fuq il-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali għamel pressjoni qawwija fuq il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta kriminali dwar l-iskandlu Egrant.
Waqt li Glenn Bedingfield ċaħad li kien hemm attakk fuq il-ġudikatura, il-Kamra tal-Avukati ħarġet stqarrija tgħid li hi mħassba serjament dwar id-diskors ta’ Joseph Muscat waqt dan il-programm. Iżda meta NET News talab għar-reazzjoni tal-kandidat u kelliem tal-Uffiċju tal-Prim Ministru Glenn Bedingfield dan iddubita fl-intenzjonijiet tal-Kamra tal-Avukati. Partikolarment, Glenn Bedingfield jattakka lill-President tal-Kamra tal-Avukati Dr George Hyzler.
Aqra l-istqarrija tal-Kamra tal-Avukati hawn:
//= $special ?>